Aħbar partikolari ħarġet matul il-ġurnata tal-bieraħ meta s-sid ta’ Everton Farhad Moshiri żvela f’intervista fuq stazzjon televiżiv ir-raġuni għala l-eks attakkant tagħhom Romelu Lukaku ma ġeddidx il-kuntratt mat-Toffees. 
Moshiri qal illi l-plejer Belġjan kien ħerqan li jkompli l-karriera f’Goodison Park iżda ġara xi ħaġa illi qatt ma basar li ser jiġri!
Meta Lukaku ċempel lil ommu din kienet qiegħda f’pellegrinaġġ fl-Afrika u filwaqt illi talab il-parir tagħha dwar x’għandu jagħmel din pronta qaltlu biex jiffirma ma’ Manchester United.
Minn dak il-ħin ‘l hemm hu ddeċieda illi jingħaqad mar-Red Devils fejn wara bidu brillanti bħalissa qed ibati ftit biex isib ix-xibka.