Politikanti Ġermaniżi rnexxielhom joqorbu lejn qbil dwar koalizzjoni ġdida biex imexxi l-Gvern tal-pajjiż.
Il-Kanċilliera tal-Ġermanja Angela Merkel mill-Unjoni Demokratika Kristjana (CDU) u Is-Soċjo-Demokratiċi (SPD) qablu fuq ftehim ta’ 28 paġna.
Skont il-midja internazzjonali, l-politikanti damu lejl sħiħ jiddiskutu l-ftehim u b’kollox in-negozjati damu aktar minn 24 siegħa. Madanakollu  hemm qbil fuq il-punti prinċipali, bħal dwar kwistjonijiet fuq l-immigrazzjoni.
Jidher li l-pjan huwa li jonqsu n-numri ta’ dawk li jfittxu l-ażil għal 200,000 kull sena. Il-pjan huwa wkoll li jsir capping ta’ 1,000 kull xahar fin-numru ta’ migranti li jitħallew jingħaqdu mal-familja tagħhom li tkun qed tgħix il-Ġermanja.
Id-diskussjoniiet bejn iż-żewġ naħat inkludew ukoll suġġetti bħat-tibdil fit-tassazzjoni.Il-Kristjani Demokratiċi qed jippruvaw ineħħu t-taxxa, hekk imsejħa tas-soliderjetà, li kienet tgħin lir-reġjun tal-Lvant tal-Ġermanja.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet , Merkel u l-mexxej tal-SPD Martin Schulz qalu li jinsabu ottimisti dwar il-koalizzjoni.