Waħda mill-iżgħar trabi fid-dinja twieldet tiżen daqs ċikkulata.
Manushi, twieldet 12-il ġimgħa qabel iż-żmien, u kienet tiżen 0.88 libbra – daqs ċikkulata kbira tal-Cadbury.
Meta twieldet saqajha kienu daqs id-difer il-kbir ta’ id missierha.

It-tifla minn Rajasthan fl-Indja, li kienet twila 8.6 pulzier, qed jingħad li hija l-iżgħar tarbija li rnexxielha tgħix fl-Ażja.
Manushi twieldet ma tiħux nifs, u b’organi mhux żviluppati.

Hija se tinħareġ mill-isptar wara sitt xhur, imma għadha tiżen 5.2 libbri biss.
Minkejja ċ-ċans ta’ 0.5% li tkampa mingħajr ħsara f’moħħha, it-tobba jgħidu li tidher normali intelletwalment.
Ommha Seeta kellha tqala diffiċli, fejn kienet tbati minn pressjoni għolja ħafna u mill-ultrasounds li kienu jsirulha kien jidher ċar in-nuqqas ta’ ċirkolazzjoni tad-demm fil-fetu.