Xufier ta’ mutur jista’ jgħodda b’waħda wara ħabta f’Birkirkara.
L-inċident seħħ dalgħodu fi Triq in-Naxxar fejn seħħ impatt bejn karozza u mutur li kienu qed jinstaqu f’direzzjonijiet opposti.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li fortunstament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Fuq il-post issejħu membri tal-Pulizija mit-Taqsima tat-traffiku biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Ritratt: Facebook – Alex Mitul