Il-pubbliku jista’ jippremja l-produzzjoni artistika ppreferuta tas-sena fil-Premju għall-Arti.
L-Għażla tal-Pubbliku, l-Unur għall-Karriera Artistika, l-Ambaxxatur għall-Arti flimkien man-nomini li hemm għal tmien kategorji li ġew magħżula minn ġurija ta’ esperti settorjali u rappreżentati tal-Kunsill Malti għall-Arti, se jkunu ppremjati f’serata li se ssir fit-23 ta’ Marzu. 
In-nominazzjonijiet għat-tmien kategorji tħabbru lbieraħ waqt is-Serata tal-Finalisti.
Għall-ewwel darba se jkun qed jingħata l-Premju tal-Arti li jkopri proġetti, produzzjonijiet jew attivitajiet fis-setturi kulturali u kreattivi li tnedew jew ġew ippreżentati bejn l-1 ta’ Settembru tal-2016 u l-31 ta’ Awissu tas-sena l-oħra.
Ir-rebbieħa se jkunu qed jirċievu skultura taċ-ċeramika u l-ħġieġ mill-artist Malta Kane Cali. 
B’kollox hemm tmien kategorji li ntgħażlu minn ġurija ta’ esperti settorjali u rappreżentati tal-Kunsill Malti għall-Arti. 
Il-pubbliku jista’ jivvota billi jżur is-sit tal-Kunsill Malti għall-Arti
Ara l-lista sħiħa hawn.