Ir-raġel li aktar kmieni llum baqa' dieħel f'ċint il-Qrendi bil-vettura li kien qed isuq miet.
Kelliem għall-Pulizija qalu lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm fi Triq San Mattew, limiti tal-Maqluba.
L-Irlandiż kellu 56 sena u kien joqgħod l-Imqabba.
Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza ssejħu fuq il-post biex jaqilgħu lir-raġel li weħel fil-karozza u biex jingħata l-ewwel għajnuna.
Huwa ttieħed Mater Dei, iżda miet ftit tal-ħin wara.