Is-Soċjetà Maltija tal-Avjazzjoni qalet li mhux din is-sena mhux se torganizza l-Air Show Internazzjonali ta’ Malta wara li t-talbiet tagħha qed jiġu injorati mill-Ministeru għat-Turiżmu.
F’post fuq Facebook dalgħodu, l-għaqda qalet li minkejja kitbet lill-Ministru għat-Turiżmu ftit sigħat biss wara li spiċċat l-edizzjoni tas-sena l-oħra, baqgħet ma rċeviet l-ebda risposta.

Qalet li dan mhu qed iħallilha l-ebda triq oħra ħlief li tħassar l-avveniment ta’ din is-sena.
Is-Soċjetà Maltija tal-Avjazzjoni qalet li qed titlob lill-Ministeru, linji-gwida u impenn mill-Gvern għall-edizzjonijiet future ta’ din il-wirja. Spjegat id-delużjoni tagħha li wara 25 sena ta’ suċċessi fl-Air Show, is-soċjetà lanqas biss tirċievi risposta.
Qalet li avveniment bħal dan, jitlob xhur sħaħ ta’ thejjijiet u tapprezza wkoll li għaddejjin xogħlijiet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Esprimiet it-tama li l-edizzjoni tal-Airshow tkun tista’ ssir mill-ġdid fl-2019.
Ritratt: Arkivji – Ian Noel Pace