Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex.
Waqt laqgħa li fiha ġew ippreżentati d-disinji preliminari tal-proġett, il-Ministru Caruana qalet li x-xogħlijiet f’dan il-misraħ se jwasslu mhux biss biex Pjazza San Franġisk tissebbaħ u tkun aktar aċċessibbli, iżda biex it-traffiku jitmexxa aħjar.
Preżenti għal-laqgħa kien hemm ir-residenti u s-sidien tan-negozji li għandhom interess f’dan il-proġett kif ukoll l-istakeholders u l-kumitati tar-Rabat li mar-residenti, iddiskutew il-proposta, il-kunċett, id-disinn u l-isfidi li joffri dan il-misraħ. 
Ritratt: MGOZ – Terry Camilleri