It-tfajla li dalgħodu weġġgħet bil-mutur meta kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Ħamrun sofriet biss ġrieħi ħfief.
Dan ikkonfermah kelliem għall-Pulizija.
It-tfajla għandha 20 sena u hija minn San Ġwann.
L-inċident seħħ ftit wara l-11.15am fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun, qrib il-kappella ta’ San Ġorġ.
Jirriżulta li l-mutur misjuq mit-tfajla ħabat ma’ żewġ karozzi.
Mal-ewwel issejħet ambulanza fuq il-post, li ħadet lit-tfajla l-isptar.