Il-Gvern qal li l-ftehim milħuq mal-Unjin tal-Għalliema, l-MUT mexa fuq l-istess parametri u prinċipji ta’ ftehimiet settorjali oħra li saru fl-aħħar snin.
Fi stqarrija b'risposta għal dak li ntqal dalgħodu fil-konferenza tal-aħbarijiet tal-MUT, il-Gvern reġa’ sostna li dan huwa ftehim pożittiv għax se jżid l-opportunitajiet ta’ żvilupp tal-edukaturi, jiftaħ toroq ġodda għall-karriera u jsaħħaħ il-pakkett finanzjarju tal-istess edukaturi.
Il-Gvern qal li f’amministrazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista, l-għalliema u edukaturi oħra raw żidiet miżerabbli.
Sostna li fuq medda ta’ erba’ snin il-pakketti finanzjarji se jissaħħu b’mod gradwali u se jiġu introdotti numru ta’ allowances li se jiġu inklużi fil-pakkett. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol huma wkoll mtejba b’mod konsiderevoli u llum qed naraw il-professjoni f’dawl ħafna aktar rispettat mill-passat.
Il-Gvern temm jgħid li b’dan il-ftehim, qed itejjeb l-esperjenza edukattiva għall-istudenti.