Ix-xogħol ordnat mill-Awtorità tal-Ippjanar biex titwaqqa’ fabbrika antika li nbniet illegalment fuq art ODZ fl-Imrieħel fit-Tmeninijiet, twaqqaf minħabba mandat ta’ inibizzjoni.
Newsbook.com.mt huwa infurmat li għall-ħabta tal-4pm Marixxal mar fuq il-post bil-mandat. Dan ġie kkonfermat minn kelliem għall-Awtorità tal-Ippjanar.
Sa issa għadu mhux magħruf min talab il-ħruġ ta’ dan il-mandat.
Ftit tal-ħin qabel ma beda t-twaqqigħ instabu ’l fuq minn 300 annimal differenti li kienu qed jittrabbew minn sidhom f’din l-istess fabbrika. L-annimali li nstabu f’kundizzjonijiet ħżiena qegħdin jinżammu temporanjament mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali għal aktar ħarsien u kura.
Ritratti: Ian Noel Pace