Temi internazzjoni bħal "Me Too" u "Time's Up" jaffetwaw lin-nisa Maltin ukoll? Illum waqt il-programm Follow Up ma' Sylvana Debono fuq RTK 103FM se nitkellmu dwar il-kampanja mnedija fl-Istati Uniti minn atturi nisa kontra l-fastidju sesswali. Lil Anna Borg, id-Direttur tas-Centre for Labour Studies, se nistaqsuha: Għandha ssir l-istess ħaġa Malta? Se niddiskutu wkoll is-sitwazzjoni tan-nisa fis-soċjetà Maltija u fil-postijiet tax-xogħol: hemm ħlas indaqs għall-istess xogħol?
Fit-tieni parti tal-programm, se jkollna intervista interessanti ferm ma' Kurt Guillaumier, raġel li tilef 80 kilo fi ftit aktar minn sena. Kif irnexxielu? U llum kif  iżomm saħħtu?
Segwi l-programm hawn: