L-Isptar Monte Karmeli ddikjara li ma nstab l-ebda każ ġdid ta’ Legionella fl-isptar.
Fi stqarrija, l-isptar ċaħad l-aħbar ta’ Net News, li nstabu każi ġodda ta’ dan il-mikrobu fl-isptar.
Żied jgħid li hemm għaddej moniteraġġ kontinwu tas-sistema tal-ilma fl-isptar l-antik.
Fisser kif waqt il-moniteraġġ instabu traċċi ta’ ilma kkontaminat f’żewġ swali fejn is-sistemi tal-ilma tax-xorb tagħhom ingħalqu immedjatament u beda l-proċess tat-tindif tal-ilma bil-chlorine.
L-istqarrija tkompli tgħid kif is-sistema tal-ilma fl-Isptar Monte Karmeli hija waħda antika u tmur lura għall-150 sena. Għaldaqstant, qal li fil-preżent hemm diversi proġetti għaddejjin sabiex isir ristrutturar tal-isptar li jinkludu ukoll is-sistema tal-ilma.