Bejn Lulju u Settembru tas-sena li għaddiet, il-Gvern irreġistra surplus ta’ €154.4 miljun.
Fi stqarrija, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika spjega kif meta kkumparat mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet, id-dħul tal-Gvern żdied bi €189.2 miljun.
In-nefqa tal-Gvern żdiedet b’€57.8 miljun.
Dan ifisser li l-Gvern daħħal €1,159.2 miljun filwaqt li ħareġ €1,004.8 miljun.
L-Istatistika turi wkoll li sal-aħħar ta’ Settembru, id-dejn tal-Gvern jiżdied bi kważi €42 miljun filwaqt li l-garanziji tal-Gvern naqsu b’€9 miljun.