Għadd kbir ta’ atleti ġew nominati għall-Isport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali 2017. Għaldaqstant, huma ftit li ntgħażlu bħala semifinalisti fil-kategoriji differenti.
Is-semifinalisti huma dawn:

  • Kategorija Sportiv tas-Sena: John Agius (Darts), Noel Baldacchino (Tiġrijiet taż-Żwiemel), Graham Borg (Triathlon), Gianluca Chetcuti (Sparar), Aaron Ciantar (Powerboats), Anton Cuschieri (Pool), Gary Giordmaina (Lotta), Duncan Micallef (Drag Racing), Andre Schembri (Futbol) u Mark Spiteri (Ten Pin Bowling).
  • Kategorija Sportiva tas-Sena: Sue Abela (Ten Pin Bowling), Marie Claire Aqulina (Ċikliżmu), Eleanor Bezzina (Sparar), Rachel Cuschieri (Futbol), Elaine Genovese (Tennis), Christina Grima (Basketball), Monika Lazarova (Ġinnastika), Hannah Pace (Triathlon), Charlotte Wingfield (Atletika) u Yasmin Zammit Stevens (Weightlifting).
  • Kategorija Uffiċjal tas-Sena: Joe Bajada (Ċikliżmu), Francesca Borg (Ġinnastika), Terry Camilleri (Snooker), Jesmond Caruana (Weightlifting),  Cyprian Dalli (Triathlon), William England (Motorsport), Saviour Portelli (Sparar), Paul Sultana (Basketball), Bernard Vassallo (Basketball) u Andre Zammit (Darts).
  • Kategorija Kowċ tas-Sena: Angela Adamoli (Basketball), Jimmy Bugeja (Sparar), Carmel Cilia (Pool), Stephen Cutajar (8 Ball), Jesmond Giordmaina (Lotta), Artem Goncharenko (Għawm), Johanna Grech (Table Tennis), Noel Mercieca (Kickboxing), Damian Neill (Rugby) u Rick Vogelesang (Ten Pin Bowling).
  • Kategorija Żagħżugħ tas-Sena għall-Kisbiet Sportivi: Jurgen Balzan (Table Football), Samuel Borg (Canoe), Sam Cassar (Badminton), Jacob Elaida (Atletika), Omar Elaida (Atletika), Miguel Galea (Tennis), Jacob Sciberras (Għawm), Kijan Sultana (Squash), Thomas G Woods Jr (Triathlon) u Edward Xuereb (Ten Pin Bowling).
  • Kategorija Żagħżugħa tas-Sena għall-Kisbiet Sportivi: Ella Borg (Ġinnastika), Francesca Curmi (Tennis), Anthea Cutajar (Table Tennis), Michaela Ellul (Badminton), Francesca Falzon Young (Għawm), Shelby Mangion Vassallo (Weitghtlifting), Kendra Navarro (Waterpolo), Helene Pellicano (Tennis), Carla Scicluna (Atletika) u Sara Xuereb (Ten Pin Bowling).
  • Kategorija Tim tas-Sena: Team Nazzjonali ‘A’ Nisa 4 X 100m (Atletika),  Team Nazzjonali Nisa ‘A’ (Basketball), IFBB Malta : Decelis – Coppola (Bodybuilding), Giordmaina Racing Team (Muturi – Drag Racing), 8 ball Team Nazzjonali U / 23 (Pool), Team Nazzjonali U / 19 (Table Football), Team Nazzjonali ‘A’ – Nisa (Table Tennis), Team Nazzjonali ‘A’ – Mixed (Ten Pin Bowling), Team Kamp. Mediterran (Tiġrijiet taż-Żwiemel) u San Ġiljan A.S.C. (Waterpolo). 

Il-fażi tal-voti mill-ġurnalisti bdiet it-Tnejn li għadda u tgħalaq fit-23 ta’ Jannar. Dan iwassal sabiex jinqata’ l-verdett finali li jitħabbar waqt l-edizzjoni tal-premijiet għal din is-sena li se ssir fis-17 ta’ Frar.