L-akkwist il-ġdid ta’ Everton Cenk Tosun ġie ppreżentat matul il-ġurnata tal-bieraħ fis-sala tal-konferenzi tal-klabb.
Fl-ewwel kelmtejn tiegħu l-plejer Tork kien ferm sodisfatt li wasal il-mument illi tant ilu jistenna.
“Għalija huwa unur kbir illi ninsab hawn. Kienet il-ħolma tiegħi illi nilgħab fil-PremierLeague Ingliż u fl-aħħar irnexxieli nwettaqha,” beda biex qal Tosun.
“Minn dejjem rajt dan il-klabb b’ammirazzjoni kbira u ninsab kuntent illi Everton kellhom ikunu l-klabb illi urew fiduċja fija,” kompla l-attakkant ta’ 26 sena.
Hu temm billi qal illi ser jagħmel dak kollu possibbli sabiex iwassal lil Everton aktar ‘il fuq fil-klassifika tal-kampjonat Ingliż.