Skont l-istazzjon Mediaset Premium, Chelsea qed jippruvaw jilagħbu karta sabiex jakkwistaw lill-attakkant ta’ Roma Edin Dzeko.
Il-Blues jinsabu f’taħditiet mal-klabb mill-kapitali Taljana sabiex jippruvaw jaslu wkoll għall-Brażiljan Emerson Palmieri u magħhom żdied ukoll l-attakkant mill-Bosnja.
Għal Dzeko, illi skorja 29 darba fis-Serie A mal-Giallorossi, dan jista’ jfisser ritorn lejn ir-Renju Unit wara l-esperjenza ma’ Manchester City fil-passat.