Ingħata bidu għat-tieni fażi tal-kampjonat tal-Futsal, bi tliet logħbiet mill-Ewwel Diviżjoni.
It-tim tal-Università ta’ Malta għeleb lit-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi United bl-iskor ta’ 4-1.
L-Universitarji kienu tattikament dixxiplinati, filwaqt li ż-żgħażagħ ta’ Swieqi United dehru mimlijin enerġija. Dan l-ispirtu fit-tim ta’ Swieqi juri rieda tajba li jkomplu jtejbu posthom u jinvestu fil-futur tal-Futsal lokali.
Nermin Hasanbegovic, Jose Maria Aguilera Castellano minn penalti, Gary Inguanez u Neil Cauchi taw tliet punti oħra lit-tim tal-Università. Min-naħa l-oħra l-uniku gowl għat-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi ġie skurjat mill-captain Dylan Pace.
F’aktar logħbiet li kellna matul din il-ġimgħa, Pietà Nordiska għelbu lil Marsaskala bl-iskor ta’ 8-3 u Tarxien JMI għelbu lil Qormi bl-iskor ta’ 4-3.
Matul il-ġimgħa d-dieħla jkompli l-kampjonat b’dawn il-logħbiet:
Mill-Ewwel Diviżjoni
It-Tnejn 22/1/18
Fit-8pm Qormi vs Pietà Nordiska
Fid-9.15 pm Marsaskala vs L-Università ta’ Malta
Il-Ħamis 25/1/18
Fit-8pm Swieqi United U21 vs Junior College
Mill-Elite
Il-Ġimgħa 26/1/18
Fit-8pm Valletta vs Luxol
Fid-9.15 pm Hamrun Tre Angeli vs Swieqi United