Manchester United u Manchester City ser ikunu qed jilagħbu derby ieħor fuq il-mejda tat-trattativi hekk kif ser jippruvaw jiksbu l-firma tal-midfielder ta’ Nice Jean Michael Seri.
Din l-aħbar ġiet żvelata fuq il-ġurnal Ingliż The Guardian fejn kompliet tgħid illi l-plejer internazzjonali mill-Kosta tal-Avorju jinsab barra mill-pjanijiet tal-kowċ Lucien Favre.
Minbarra t-timijiet ta’ Manchester, anke Chelsea u Barcelona jinsabu interessati f’dan il-plejer ta’ 26 sena.
Seri ilu tliet snin mat-tim min-naħa t’isfel ta’ Franza fejn minn 78 partita skorja 11-il gowl.