Jidher li Crystal Palace jinsabu ferm viċin li jakkwistaw lid-difensur ta’ Zaglebie Lubin Jaroslaw Jach.
Huwa qed jaffaċċjaw il-kompetizzjoni ta’ Ingolstadt u Sampdoria li wkoll iridu lil dan il-plejer.
Xnigħat qrib il-klabb Ingliż qed jgħidu illi l-Pollakk ta’ 23 sena diġà jinsab Londra sabiex jagħmel it-testijiet mediċi għalkemm oħrajn qegħdin jgħidu li jinsab viċin li jiffirma ma’ Ingolstadt.
Fis-sigħat illi ġejjin il-plejer ikun jaf il-futur tiegħu hekk kif mistenni dwell ferm interessanti bejn dawn it-timijiet bit-tama illi jiksbu s-servizzi tiegħu.