Wara t-telfa ta’ 3-1 kontra l-liders tal-kampjonat Ingliż Manchester City, tkellem il-manager ta’ Newcastle, Rafa Benitez mal-istazzjon Sky Sports.
Hu beda billi tkellem dwar l-aspetti pożittivi tat-tim minkejja t-telfa fejn qal illi huma baqgħu jissieltu tul il-logħba għalkemm il-penalty li ngħata kontrihom qata’ ftit saqajn il-plejers.
Minkejja illi sfaw minn taħt, Benitez kien kuntent bl-imġiba tal-plejers meta ppruvaw itellgħu l-ballun għalkemm ma’ Manchester City ftit tista’ tagħmel affarijiet.
Meta mistoqsi dwar l-akkwisti l-ġodda għal dan ix-xahar, l-eks kowċ ta’ Inter u Napoli fost l-oħrajn jemmen illi l-partitarji għandhom jaraw xi uċuh ġodda lejn l-aħħar tax-xahar sabiex isaħħu t-tim fit-tentattiv illi jitilgħu skaluna oħra fil-klassifika.