Scanner ġdid li huwa parzjalment iffinanzjat mill-Fond tas-Sigurtà Interna tal-Unjoni Ewropea u li jiswa’ €1.7 miljun tpoġġa fit-Terminal tal-Freeport ta’ Malta.
Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna, qal li Malta tagħraf l-obbligazzjonijiet internazzjonali tagħha meta wieħed jikkunsidra l-pożizzjoni ġeografika tal-pajjiż.
Huwa saħaq li ebda pajjiż ma jista jindirizza dawn l-obbligazzjonijiet jekk ma jkunx hemm koperazzjoni kontinwa ma’ awtoritajiet oħra tal-infurzar tal-liġi u dwana li jinkludu ukoll il-qsim tal-informazzjoni mal-OLAF, EUROPOL kif ukoll mal-aġenzija tal-fruntiera u gwardja kostali Ewropea.
Huwa mistenni li jiżdied in-numru ta’ spezzjonijiet fuq il-kontejners kif ukoll l-qbid ta’ kuntrabandu u kummerċ illeċtu.
Fi kliem Scicluna dan għandu jservi bħala deterrent għall-moviment illeċtu ta’ merkanzija mingħajr ma jkun ta’ xkiel għall-influss ta’ xogħol mill-portijiet ta’ Malta.
Ritratt: DOI – Kevin Abela