Tħabbar ix-xogħol ta' restawr fuq il-Fanal tal-Ġordan mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, liema xogol kien elenkat fil-baġit.
Ix-xogħol se jkun maqsum f'numru ta' fażijiet. Il-fond allokat għal din il-fażi se jkun ta' €200,000li jinkludi restawr tal-binja u restawr ta' tagħmir u oġġetti oħra li nstabu mitluqa fis-sit u li jiffurmaw parti mill-istorja tal-Fanal.
Il-Fanal tal-Ġordan huwa sinonimu mal-ambjent tal-Għolja tal-Ġordan.
Id-dija tiegħu hi inqas awtoritevoli minħabba l-avvanz fit-teknoloġija, iżda fi kliem Caruana huwa parti mill-patrimonju arkitettoniku u storiku.
Fil-binja bħalissa hemm apparat ta' monitoraġġ tal-arja installat mill-Università ta' Malta.
Il-Fanal tal-Ġordan inbena fl-1851 u beda jiffunzjona sentejn wara, waqt il-ħakma tal-Imperu Ingliż.
Huwa kien mgħammar b'21 lampa taż-żejt li kienu jirriflettu fuq lentijiet kbar u kienu jwasslu r-raġi tad-dawl sa madwar 28 mil bogħod.

Ritratti: MGOZ – George Scerri