Minn tal-inqas mietu ħames persuni filwaqt li qegħdin ifittxu s-sitt persuna li kienet abbord wieħed minnhom.
Żewġ ħelikopters ħabtu fuq il-Lag Carcès fit-tramuntana ta' St. Tropez fi Franza. 
Il-ħaddiema tas-salvataġġ jinsabu fuq il-post fir-reġjun ta' Var.
Uffiċjali ta' Var qalu li ż-żewġ ħelikopters huma tal-iskola militari ta' Ealat.
L-iskola tħarreġ piloti għall-armata u għal servizzi oħra militari.
Għadu mhux ċar x'inhi l-kawża tal-ħabta