Fl-aħħar jiem, twieled Gianni, il-ġojjell ta’ Amy Camilleri Zahra, attivista fil-qasam tal-persuni b’diżabilità, u ta’ żewġha Mark Anthony.
Fuq Facebook, Amy sejħet lil Gianni bħala ‘t-tarbija miraklu’ u ‘rigal ieħor’ li qed jiċċelebraw.
Fakkret, kif disa’ snin ilu, hi stess ingħatat ir-rigal tal-ħajja minn missierha li taha waħda mill-kliewi tiegħu. Titolbu jkompli jħarishom.

F’Ottubru 2008, hija waqqfet l-assoċjazzjoni Amputees4Amputees, bl-għan ewlieni li tappoġġja lil dawk li tilfu saqajhom jew partijiet oħra ta’ ġisimhom.
Amy Camilleri Zahra, hi l-ispirazzjoni ta’ bosta, minħabba l-kuraġġ kontinwu tagħha wara dak li għaddiet minnu. Fl-2006, Amy kienet qed tissielet għall-ħajjitha minħabba l-meninġite, li kawża tagħha tilfet saqajha t-tnejn u partijiet mis-swaba’.