Hekk kif il-Karnival dalwaqt magħna, il-Bank of Valletta qiegħed tfakkar lill-klijenti dwar il-benefiċċji li wieħed juża l-karti tad-debitu jew tal-kreditu biex iħallsu fil-ħwienet.
Il-kards tal-BOV li huma contactless joffru konvenjenza akbar milli wieħed iħallas bi flus kontanti, hekk kif inti tista’ sempliċiment tgħaddi l-kard fuq il-magna tal-EPOS, mingħajr ma jkollok għalfejn idaħħal il-PIN, sakemm l-ammont tat-tranżazzjoni ma jkunx aktar minn EUR20.
Apparti l-fatt li ma jkollokx għalfejn iġġorr ħafna flus kontanti fuqek, dan joffri wkoll serħan il-moħħ hekk kif wieħed awtomatikament ikollu rendikont kronoloġiku tal-pagamenti li saru –  benefiċċji li l-flus kontanti ma joffrux.