Sid ta’ ħanut fil-Ħamrun qed jappella lill-pubbliku biex min għandu tagħrif jew xi dettalji dwar il-ħallelin, li allegatament jidhru fil-filmat, jgħaddihom lill-Pulizija.
Fil-filmat li ttella’ fuq Facebook minn sid il-ħanut, tidher tfajla tieħu oġġetti minn fuq l-ixkafef u taħbihom taħt il-flokk. Jidher li t-tfajla kienet akkumpanjata minn raġel.
Jidher li lbieraħ irnexxielhom jisirqu żewġ flixken ta’ xorb alkoħoliku li jinbiegħu bi prezz għoli.
Xerred ir-ritratt biex tgħin lill-Pulizija ssib lil din il-mara.