Il-Malta-EU Steering & Action Committee (MEUSAC), l-Università ta’ Malta u l-Gozo Business Chamber ntgħażlu biex jospitaw iċ-Ċentri ta’ Informazzjoni Europe Direct (EDIC) f’Malta u Għawdex għat-tliet snin li ġejjin.
Dawn iċ-ċentri jipprovdu informazzjoni liċ-ċittadini dwar l-Unjoni Ewropea u l-attivitajiet tagħha. Iwieġbu l-mistoqsijiet tal-pubbliku dwar l-UE, jidderieġu liċ-ċittadini lejn l-aqwa għejun ta’ informazzjoni dwar is-suġġett, kif ukoll iqassmu l-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Jaħdmu wkoll b’mod proattiv mas-soċjetà ċivili, billi jorganizzaw Djalogi bejn iċ-Ċittadini u l-Kummissarji li jkunu qed jżuru ’l Malta jew inkella bl-organizzazzjoni ta’ proġetti ma’ ċentri ta’ informazzjoni minn Stati Membri oħra, fost bosta attivitajiet oħrajn.
L-organizzazzjonijiet li jospitaw iċ-ċentri Europe Direct ntgħażlu wara Sejħa għall-Proposti fost l-Istati Membri fl-2017.
L-EDICS f’Malta u Għawdex huma parti minn xibka ta’ 450 ċentru ta’ informazzjoni dwar l-UE madwar l-Unjoni kollha.
Iċ-ċentri jistgħu jiġu kkuntattjati hawn: 
EDIC UNIVERSITÀ
L-Istitut għall-Istudji Ewropej
L-Università ta’ Malta
L-Imsida, MSD 2080
Tel: 2340 2998
Imejl: edic@um.edu.mt
 
EDIC VALLETTA
Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC)
280 Triq ir-Repubblika
Valletta, VLT 1112
Tel: 2200 3316
Email: edicvalletta.meusac@gov.mt
 
EDIC GĦAWDEX
The Gozo Business Chamber
The Brokerage, Level 4A
Triq Santa Marta
Victoria, VLT 2551
GĦAWDEX
Tel: 21 563389
Email: edic@europedirectgozo.org