Ħaddiem li jieħu ħsieb l-anzjani ma riedx jara fil-Qorti filmat li allegatament jurih jabbuża minn anzjana ta’ 77 sena li kellu jieħu ħsiebha f’darha stess.
Il-każ seħħ f’Ħaż-Żebbuġ fejn ir-raġel li huwa mill-Filippini, inqabad mill-filmat allegatament imiss lill-anzjana b’mod mhux xieraq meta qatta’ inqas minn siegħa fil-preżenza tagħha.
Fil-Qorti, il-Filippin ta’ 43 sena ma riedx jara l-filmat quddiem il-Maġistrat wara li qal li kien diġà rah meta kien arrestat. 
Madankollu l-Maġistrat tal-Qorti ma tatux il-libertà proviżorja. Huwa kien ingħata l-impjieg ta’ carer tal-anzjani permezz ta’ aġenzija biex jieħu ħsieb lill-anzjana waqt li din tkun id-dar tagħha. 
Ir-raġel baqa’ jsostni li mhuwiex ħati li abbuża mill-anzjana, u l-każ ġie diferit.