Hekk kif jasal jum San Valentinu, kulħadd jibda jaħseb biex jixtri xi kaxxa ċikkulatini.
Għalkemm forsi taħseb li għandek tixtri l-aktar ċikkulatini li jiswew flus għall-imħabba ta' ħajtek, jaf xorta ma tkunx qed ittihom l-itjeb ċikkulata.
Fl-Amerka, sar esperiment ċkejken fejn bosta nies daqu biċċiet ta’ ċikkulata differenti, speċifikament iċ-ċikulata Hershey, il-Godiva u ċ-ċikkulatini Christopher Elbow.
Kollha rnexxielhom jaqtgħu it-togħma taċ-ċikkulata Hershey’s imma damu iktar sakemm qatgħu iż-żewġ tipi ta’ ċikkulata l-oħra.
Minkejja li ċ-ċikkulatini Christopher Elbow huma l-iktar li jiswew flus, jidher li mhux dejjem intogħġbu.
Ara x’kellom xi jgħidu fuq iċ-ċikkulata:
Hersheys

  1. ‘Xejn speċjali’
  2. ‘L-aktar tradizzjonali’
  3. ‘L-inqas eċitanti’
  4. ‘Togħma klassika’

Godiva

  1. ‘Mhix xi ħaġa li nfittex’
  2. ‘ok’
  3. ‘Perfetta’
  4. ‘La ħelwa ħafna, imma lanqas morra’

Christopher Elbow

  1. ‘Tajba’
  2. ‘Mhux favorita’
  3. ‘Qas biss irrid nikolha kollha’
  4. ‘Nippreferi ċikkulata iktar sempliċi’