Is-Sibt illi għadda waqt il-partita li Nice lagħbu kontra Dijon, l-attakkant Mario Balotelli ġie ammonit mir-referi tal-partita minħabba battibekk illi kellu mal-partitarji opposti.
Wara li spiċċat il-partita, il-plejer Taljan ta' r-raġuni għal din it-tilwima meta sostna illi l-partitarji ta’ Dijon, li kienu qed jilagħbu din il-partita f’darhom, bdew jinsulentawh b’mod razzist.
Min-naħa tiegħu, il-President ta’ Nice Jean-Pierre Rivere pront tkellem u qal li mhux aċċettabbli li plejer minn tiegħu jiġi nsulentat b’dan il-mod.
L-assoċjazzjoni tal-futbol Franċiża ser tinvestiga dan il-każ.