Barry Bennell, ekskowċ tal-futbol fir-Renju Unit instab ħati ta’ diversi akkużi ta’ abbuż sesswali fuq subien fis-snin tmenin.
Bennell, li llum għandu 64 sena, kien qed jaffaċċja 36 akkuża, fost l-oħrajn assalt indiċenti u attakki sesswali serji kontra subien li għandhom bejn 8 u 15-il sena.
Waqt il-ġuri, il-Prosekuzzjoni qalet li Bennell kien “pedofelu lil abbuża minn subien żgħar fuq skala industrijali”.
Bennell, magħruf aktar bħala Richard Jones, fil-passat kien ingħata tliet sentenzi ta’ priġuneriji għall-każi simili.