Raġel qed jiġi mfittex mill-Pulizija wara li nqabad mill-kameras tas-sigurtà, jisraq bott tad-donazzjonijiet tal-karità minn ħanut f’Ħaż-Żabbar.
Kien għall-ħabta tas-6pm tal-bieraħ filgħaxija, meta koppja daħlet fil-ħanut u waqt li aljenawh, ħadulu xi ħaġa minn fuq il-bank, li rriżulta li kien bott tal-Inspire.
Min jagħraf lil dan ir-raġel għandu jgħaddi l-informazzjoni lill-Pulizija anke b’mod kunfidenzjali.
Xerred dan il-filmat biex jinqabad il-ħalliel.