minuta qari

Tifel Għawdxi ta’ 13-il sena rnexxielu jsolvi r-Rubik's Cube f’29 sekonda, xi ħaġa li bosta huma dawk li qatt ma rnexxielhom isolvu, speċjalment jekk fi ftit sekondi biss.
Il-filmat impressjonanti ta’ James Francis Mizzi ttella’ fuq Facebook minn missieru, John Michael Mizzi ftit tal-jiem ilu u juri lit-tifel isolvi l-faċċati kollha tar-Rubik's Cube waqt ħarġa tal-familja.
Minkejja dan, it-tifel li jattendi s-Seminarju t’Għawdex u qiegħed fil-Form 3, ma kisirx ir-rekord dinji li bħalissa jinsab għand SeungBeon Cho mill-Korea t'Isfel, li rnexxielu jsolviha f’4.59 sekonda.
Filmat: John Michael Mizzi