NYX Professional Make-Up għadhom kemm fetħu mill-ġdid il-ħanut tagħhom fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema, b’disinn ġdid u għodda diġitali uniċi għax-xerrejja tal-make-up f’Malta.
B’hekk dan il-ħanut issa qiegħed joffri l-istess disinn u prodotti offruti minn NYX Professional Make-up madwar id-dinja kollha. Dan ġie ddisinjat b’fatturi diġitali uniċi li jġibu d-dinja tas-sbuħija onlajn f’ambjent ta’ bejgħ f’ħajja reali. Il-ħanut inħoloq għal konsumaturi tal-make-up moderni, filwaqt li jirrikonoxxi li r-razza l-ġdida tal-artisti tal-make-up ħafna drabi jitgħallmu weħidhom.
Raymond Mintoff, id-Direttur Maniġerjali ta’ Paloma Cosmetics, distributuri esklussivi ta’ NYX Professional Make-Up f’Malta, qal li “kuntent ħafna li se nkunu nistgħu naqsmu l-ħanut tagħna mal-konsumatur sofistikat u teknoloġiku li qiegħed dejjem ifittex modi u tekniki ġodda kif japplika l-make-up”.
Id-ditta NYX Professional Make-Up hi popolari fost l-artisti tal-make-up u l-intraprendituri tal-industrija, grazzi għal kuluri differenti u l-lipsticks u l-palettes tagħha. Dawn il-prodotti jsiru 100 fil-mija mingħajr krudeltà.