Raġel ġie arrestat fil-Kolumbja wara li tarbija ta’ 13-il xahar inħatfet minn kamra ta’ lukanda u ġiet stuprata,ittorturata u maqtula.
Meta qamu l-ġenituri ma sabux lil binthom. Immedjatament bdiet tfittxija u l-katavru ċkejken instab f’tank tal-ilma tal-lukanda stess.
Il-Pulizija jemmnu li t-tarbija nħatfet, ġiet abbużata u nqatlet minn resident ieħor fil-lukanda.
Sid il-lukanda ammetta li l-uffiċjal tas-sigurtà li kien xogħol dak il-ħin, raqad waqt li suppost kien xogħol.
Il-katavru tat-tarbija ntbagħat għall-awtopsja.
Il-Kap tal-Pulizija qal li minkejja li arrestaw raġel, l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.