Żewġ miżuri ġodda b’investiment ta’ aktar minn miljun Ewro f’fondi Ewropej se jkunu qed jaħdmu sabiex tittejjeb il-kwalità tal-ħamrija u l-biedja organika kif ukoll għall-konverżjoni ta’ prattiċi u metodi organiċi.
Dan ħabbruh is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Clint Camilleru u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Aaron Farrugia waqt żjara tagħhom f’Vincent’s Eco-farm fl-Imġarr.
Camilleri qal li fl-ewwel miżura li hija dwar l-immaniġġjar tal-ħamrija qed tingħata għajnuna ta’ €213.75 għal kull tomna fis-sena għall-ħames snin li ġejjin.
Min-naħa l-oħra jgħid li t-tieni miżura qed tingħata għajnuna ta’ €135 għal kull tomna matul l-ewwel 2-3 snin tal-perjodu ta’ konverżjoni lejn prattiċi organiċi.
Farrugia saħaq li mill-ewwel miżura hemm ċans li jibbenifikaw madwar 500 bidwi u bejniethom mistennija jieħdu madwar miljun ewro.
Camilleri ħeġġeġ lill-bdiewa kollha li huma nteressati li jibbenefikaw mill-fondi jistgħu japplikaw sat-23 ta’ Frar.
Ritratti: MESDC – Joseph Mercieca