Il-monument tal-Assedju l-kbir jirrappreżenta l-ġlieda għall-ħelsien u l-libertà u għalhekk kien il-post ġust fejn tiġi kkommemorata l-battalja għall-ħelsien tal-kelma ta’ Daphne Caruana Galizia.
Dan il-kliem qalu l-Ewroparlamentari Nazzjonalista Francis Zammit Dimech waqt il-laqgħa tal-ftuh tal-Missjoni tal-Kumitat dwar il-Kultura, l-Edukazzjoni u l-Midja tal-Parlament Ewropew f’Malta li qed tagħmel moniteraġġ fuq Valletta 2018 mas-Sidku tal-Belt Alexiei Dingli.
Huwa kompla jinsisti li parti importanti tal-kultura hija dik li tħaddan il-ħelsien tal-espressjoni.
B’referenza għall-mozzjoni tal-Kunsillier Laburista Ray Azzopardi li se tiġi diskussa llum fil-Kunsill Lokali tal-Belt, is-Sindku tal-istess kunsill reġa fakkar li l-kunsill ma għandu l-ebda poter li jieħu deċiżjonijiet fejn jidħol il-monument.
Dingli kompla jgħid li hekk kif aħna marbuta bl-Unjoni Ewropea biex tagħti prominenza lid-Dimensjoni Ewropea, insista li huwa mportanti li l-Valletta 2018 tkun ukoll dwar il-ħelsien tal-espressjoni hekk kif din hija parti importanti mill-espressjoni kulturali tal-Maltin u l-Ewropej kollha.
Wara li temmet il-laqgħa, Zammit Dimech flimkien mal-Ewroparlamentari Taljana Silvia Costa marru jagħtu tislima lill-Caruana Galizia quddiem il-mafkar.