Il-pulizija Iżraeljana qed tirrakkomanda li l-Prim Ministru Benjamin Netanyahu jiġi arrestat minħabba allegazzjonijiet ta’ tixħim u korruzzjoni.
Minkejja li waqt intervista, Netanyahu saħaq li l-allegazzjonijiet huma bla bażi, il-pulizija qed tgħid li hemm biżżejjed evidenza sabiex takkużah b’tixħim u u ksur ta’ fiduċja fuq żewġ każijiet separati.
Waħda mill-allegazzjonijiet hija dik li Netanyahu talab gazzetta Iżraeljana bl-isem ta’ biex tikteb pożittiv dwaru u hu jgħinhom jaqbżu l-kompetizzjoni tagħhom.
Il-midja Iżraeljana qed tgħid li l-editur tal-ġurnal, Arnon Mozes, se jkollu jaffaċċja l-akkużi.
It-tieni allegazzjoni hija dik li Netanyahu, irċieva aktar minn €80,000 b’rigali minn bniedem importanti f’Hollywood, Arnon Milchan mill-2009 sal-lum. Milchan se jkollu jaffaċċja wkoll l-istess akkużi.
Ir-rigali li jirċievi jinkludu xampanja u sigarri u kienu qed jintbgħatu sabiex Netanyahu jgħin lil Milchan jakwista Visa Amerikana.