L-Assoċjazzjoni tal-Assigurazzjoni f'Malta ikkritikat dak li qed titlob il-GRTU, li l-punti jitnaqqsu mingħand ix-xufier u mhux mingħand is-sidien tal-karozzi. Għaliex ħadet din il-pożizzjoni? Niddiskutu dan fl-ewwel parti tal-programm Follow Up fuq RTK 103FM. 
Imbagħad, nitkellmu Joseph Chetcuti, id-Direttur Ġenerali tad-Dwana dwar kemm u x'affarijiet qabdet b'kuntrabandu tul Jannar. 
Fit-tieni parti tal-programm, wara l-aħbarijiet tal-5pm ta' RTK 103FM, niddiskutu dwar kif għandna nitkellmu dwar kundizzjonijiet ta' saħħa mentali. Xi sfidi jeżistu dwar is-saħħa mentali fis-soċjetà tagħna? Lil Stephania Dimech Sant, il-Kap Eżekuttiv tar-Richmond Foundation se nistaqsuha: qed jiżdiedu l-każi ta' nies li jitolbu l-għajnuna? Qed tiżdied il-kuxjenza fost il-ħaddiema u min iħaddem? Dan il-każ tal-karnival għandu jservi biex tiżdied il-kuxjenza fost il-pubbliku?
Fl-aħħar nett, nitkellmu ma' Michelle Panzavecchia, esperta fl-edukazzjoni dwar sistemi alternattivi ta' edukazzjoni. 
Segwi Follow Up hawn: 

Follow Up jixxandar kuljum bejn l-4:30pm u s-6pm fuq RTK 103FM. Preżentazzjoni ta' Sylvana Debono.