L-attakkant ta’ Tottenham Hotspurs Harry Kane tkellem mal-mikrofonu tal-istazzjon Taljan Premium Sport dwar il-logħba li l-Ispurs għandhom kontra Juventus illejla fl-Allianz Arena.
Huwa faħħar il-wirjiet ta’ dawn l-aħħar ġranet tat-tim partikolarment l-aħħar rebħa illi kisbu kontra Arsenal bl-iskor ta’ 1-0.
Madankollu huwa qal illi flimkien ma’ sħabu jinsabu saqajhom mal-art għax jafu li ser jiltaqgħu kontra avversarju iebes li fuq kollox għandu gowlkiper mill-aqwa.
Meta ġie mistoqsi dwar il-forma mill-aqwa li għaddej minnu huwa jemmen illi veru jinsab fl-aqwa mument u x-xewqa tiegħu illi jiskorja lill-aqwa gowlkiper tad-dinja.