Omm reġgħet lura mat-tarbija tagħha wara li l-isptar isseparhom mat-twelid minħabba li l-mara kellha xi kontijiet tal-isptar mhux imħallsa.
Kawża ta’ dan, l-omm ma baqgħetx tiġġenera l-ħalib għat-tarbija tagħha.
Il-kont kien jikkonċerna il-35 ġurnata fejn it-tarbija nżammet f’inkubatur minħabba li twieldet qabel iż-żmien.
Il-kont ta’ kwazi €3,000 tħallas wara li bdiet kampanja onlajn sabiex jinġabru l-fondi biex it-tarbija tiġi rritornata lill-familja tagħha.
Id-direttur tal-klinikam f'Gabon ġie arrestat nhar it-Tnejn akkużat li ħataf tarbija, iżda hu nħeles l-għada tal-arrest.
L-omm qalet kif f’dawn l-aħħar xhur li nżammet l-isptar it-tarbija ma ngħatatx it-tilqim neċessarju.