Pazjent li kellu l-permessi neċessarji biex joħroġ mill-Isptar Monte Karmeli biex jagħmel il-qadi personali tiegħu, baqa’ ma rritornax lejn l-isptar.
Dan qalitu ma’ Newsbook.com.mt kelliema għall-Ministeru għas-Saħħa, meta kienet qed tirreaġġixxi, għar-rapporti li sejħet żbaljati, li ħarab pazjent mill-isptar. Madanakollu stqarret li dwar dan il-każ sar rapport fl-Għassa tal-Ħamrun.
Żiedet tgħid li l-Maniġment tal-Isptar Monte Karmeli jiċħad rapporti fuq Net News u Lovin Malta, li seħħ argument bejn pazjenti u infermiera u carers.
Spjegat li llum seħħ argument bejn pazjenti rikoverati fis-Sala 8B u ħadd ma ġie ferut.  Sostniet li l-argument ġie kkontrollat f’ħin qasir mill-istaff tal-istess sptar, u li mhux minnu li kien hemm xi swali fl-isptar li ġew magħluqa.
Fil-jiem li għaddew, żagħżugħ ta’ 18-il sena ħarab mill-Isptar Monte Karmeli, u nstab ftit wara bla ħajja.