L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) ħabbret li se tkun qed tissospendi d-direttivi li kienu ppjanati għal nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa.
Fi stqarrija, is-Segretarju Ġenerali tal-MAM Martin Balzan qal li dan qed isir bħala turija ta’ rieda tajba min-naħa tat-tobba.
Huwa qal li kien hemm progress dwar il-prinċipju tal-kwistjoni u li l-MAM se jkollha laqgħa oħra mal-Gvern għada. Huwa qal li jittama li ż-żewġ naħat jistgħu jkomplu jaħdmu biex jilħqu konklużjoni sodisfaċenti.
Il-MAM qed targumenta li l-Gvern ta l-kunsens tiegħu għat-trasferiment mingħajr ma jipprovdi avviż ta’ sitt ġimgħat lill-Assoċjazzjoni, bi ksur tal-ftehim kollettiv.
Fuq RTK, Balzan kien qal li waqt laqgħa li saret bejn l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) u l-Gvern fil-5 ta’ Frar, il-Gvern qabel mal-MAM li l-l-mudell ta’ private/public partnership (PPP) użat mal-Vitals falla, u li jekk jagħmel PPP ieħor jagħmlu differenti.