Fuq vapur tal-merkanzija irreġistrat il-Panama instabu madwar 150 kilogramma droga maħsuba kannabis lesta biex tiġi traffikata.
Is-sejba saret b’ħidma konġunta bejn il-membri tal-iskwadra ta’ kontra l-vizzju tad-droga u l-assistenza minn uffiċjali tad-Dwana ta’ Malta.
Il-vapur tal-merkanzija kien fuq rotta li tinkludi bosta pajjiżi madwar id-dinja u waqt l-ispezzjoni li saritlu f’Malta instabu numru ta’ pakketti mdawrin bil-plastik.
Madanakollu, skond l-investigazzjonijiet li għaddhom għaddejjin, id-droga ma jidhirx li kienet għas-suq lokali.