minuta qari
Wasal jum San Valentinu, u bosta huma dawk li jagħmlu minn kollox biex il-ġurnata tal-maħbub jew maħbuba tagħhom tkun speċjali u sabiħa.

Hekk għamel il-kantant Ishmael Valletta, li kien ikanta mal-grupp Eversity, lill-maħbuba tiegħu Rhea White, billi rrekordja d-diska popolari Perfect tal-kantant Ed Sheeran u pproduċa filmat għal magħha li juri waqtiet mill-ħin tagħhom flimkien tul ir-relazzjoni.
Rhea dehret ferm impressjonata bil-ġest tal-maħbub tagħha u f’kumment fuq il-filmat li ġie mxerred fuq Facebook irrigrazzjatu u esprimiet l-imħabba tagħha lejh.
Ishmael spjega kif l-intenzjoni wara dan il-filmat kien li jagħmel il-ġurnata ta’ Rhea aktar speċjali minn ġranet oħrajn, u qal kemm it-tfajla hija mportanti għalih.
Hu kompla jgħid kif dan kien ġest kien wieħed ta’ ringrazzjament għal kemm-il darba t-tfajla ħallietlu tbissima fuq fommu.
Filmat: Facebook ta' Ishmael Valletta