Inġinier tal-linja tal-ajru British Airways miet f’ħabta bejn żewġ karozzi fl-ajruport ta’ Heathrow f’Londra.  Il-ħabta seħħet f’Terminal 5.
L-inġinier, li għandu fuq l-40 sena, ittieħed l-isptar iżda miet ftit wara.
Huwa u s-sewwieq l-ieħor, li kiser spalltu, inħarġu mill-karozzi mill-ħaddiema tas-salvataġġ.
Minħabba l-inċident, kien hemm dewmien fuq mill-inqas 20 titjira tal-British Airways, filwaqt li passiġġieri ġew mitluba jinżlu minn fuq l-ajruplan li kien se jitlaq fi ftit minuti.
Passiġġieri tal-British Airways li kienu sejrin Amsterdam u Zurich, kellhom jistennew aktar minn tliet sigħat. Madanakollu l-ajruport ma ngħalaqx.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ. Sa issa għad ma kienx hemm arresti.