Skont l-istazzjon Sky Sports, l-eks kowċ ta’ Roma u Barcelona Luis Enrique jinsab fir-radar ta’ diversi klabbs Ewropej fit-tentattiv illi jkun hu li jmexxi lit-tim tagħhom.
Wara Arsenal u Chelsea issa żdiedu wkoll il-Franċiżi ta’ Paris St Germain illi qed ifittxu sostitut ta’ Unai Emery illi skont l-istess stazzjon Ingliż mistenni jtemm il-kariga tiegħu mat-tim mill-kapitali Franċiża fl-aħħar tal-istaġun.
Fil-fatt is-sidien ta’ PSG jinsabu ferm ‘il bogħod illi jikkonfermaw lill-kowċ Spanjol minkejja illi s’issa dan it-tim għaddej minn forma brillanti fil-kampjonat Franċiż.