L-Ambaxxata ta' Malta f'Ruma flimkien mal-komunità Maltija ċċelebrat il-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl nhar it-Tnejn li għadda.
Il-Quddiesa saret għand is-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù.
Iċ-ċelebrant, Mons. Frans Bonniċi tkellem dwar San Pawl qabel it-tluq tiegħu lejn Ruma, meta stqarr il-fidi nisranija tiegħu fil-Mewt u l-Qawmien ta’ Ġesù, quddiem is-Sultan Agrippa u l-Gvernatur Festu li flimkien iddikjaraw li San Pawl kien innoċenti.
Wara l-Quddiesa, l-Ambaxxata offriet festin lil dawk kollha li ħadu sehem fiċ-ċelebrazzjoni.