Ix-xogħlijiet li kellhom isiru fi Triq San Nikola f’Bormla s-Sibt li għadda, u li twaqqfu minħabba l-maltemp, se jkomplu għada mis-2pm ‘il quddiem.
Skont stqarrija minn Transport Malta, it-triq se tkun kompletament magħluqa għat-traffiku mid-dħul għal Triq il-Polverista, sal-ħruġ tar-roundabout.
It-traffiku direzzjonat lejn Triq San Ġwann t’Għuxa se jiġi ridirezzjonati għal Triq il-Polverista, filwaqt li dawk kollha ġejjin minn Triq Bormla se jkollhom jgħaddu minn Triq l-Immakulata.